Ġeografija u Storja
Ix-Xgħajra, bl-Ingliż SH’AYRA, huwa raħal żgħir li jinsab mal-kosta Maltija, kważi fin-nofs bejn Il-Belt Valletta Citta' Umillissima u Marsaskala. Huwa raħal żgħir mal-baħar fil-periferija ta’ Ħaż-Żabbar. Ix-Xgħajra tfisser pjanta żgħira miftuħa. Il-popolazzjoni tal-Ix-Xgħajra tgħodd 1,600 ruħ u rb’densità tal-popolazzjoni ta’ 1,287/km (Nov 2008).
Ix-Xgħajra timss ma’ Ħaż-Żabbar u ma’ Smart City (Il-Kalkara). In-nies tax-xgħajra jissejħu Ix-Xgħajrin. Fis-Sajf il-popolazzjoni tiżdied minn 1.600 ruħ għal 3000. Ix-Xgħajra hi magħrufa għax-xatt tagħha u għall-Batterija Della Grazie. Ġewwa il-Battrija Delle Grazie kien hemm torri (Torri ta’ Santa Maria Delle Grazie li nbena mill-Kavallieri ta’ Malta fl-1620 u twaqqa’ mill-Ingliżi fl-1888.
Meta l-gvern Ingliż bena Delle Grazie Battery, in-nies li kienu jaħdmu hemm bdew jgħixu madwar il-batterija u hekk iffurmat komunità żgħir, li eventwalment evolviet f’raħal ċekujken. Illum din il-batterija tinsab taħt il-ħarsien tal-Kunsill tax-Xgħajra u qed tiġi restawrata biex tkun il-punt fokali ta’ spazju miftuħ ġdid bl-isem ta’ Battery Park.